L-attakkant ta’ Roma Edin Dzeko rċieva l-Premio Roma Club Malta bħala l-aħjar plejer ta’ Roma fl-istaġun li għadda wara li kien ivvutat mill-membri Maltin tal-klabb.
Il-President tal-klabb Ray Sant awgura lil Dzeko li jirrepeti l-istess prestazzjonijiet tal-istaġun li għadda u jittama li l-gowls tiegħu jwasslu biex Roma javvanzaw aktar mis-semifinali taċ-Champions League tal-istaġun li għadda. Preżenti għal preżentazzjoni fi Trigoria kien hemm diversi membri minn Roma Club Malta.
//= $special ?>