L-għada tal-maratona b’somma rekord – NET News ħa l-kumment tas-Segretarju Ġenerali Clyde Puli li ma kellu xejn għajr kliem ta’ ringrazzjament lil kull min ta’ s-sehem tiegħu fil-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista.
Is-Segretarju Ġenerali stqarr li jinsab sodisfatt ħafna b’dak li rnexxielu jikseb il-Partit Nazzjonalista, u żied li din is-somma rekord turi biss li l-Partit Nazzjonalista qed ikompli jżid fl-appoġġ min-nies. “Din is-somma hi xhieda ta’ kemm in-nies jixtiequ Gvern alternattiv”, stqarr Clyde Puli.
Fl-aħħar nett, Clyde Puli rringrazzja lill-ħaddiema u l-voluntiera kollha tal-Partit Nazzjonalista li mhux biss matul din il-maratona ġbir ta’ fondi taw sehemhom, iżda dejjem kienu hemm għall-Partit Nazzjonalista matul is-sena kollha.
Matul il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista – inġabret somma rekord ta’ €670,632, li jfisser li s-sena 2018 se tingħalaq bl-ammont globali ta’ €1,544,965 f’donazzjonijiet mogħtija mill-poplu Malti lill-Partit Nazzjonalista f’erba maratoni.
//= $special ?>Rekord ta’ €1,544,965 miġbura f’sena waqt il-maratoni organizzati mill-Partit Nazzjonalista