Sport Sport Ieħor

Francesco Molinari jirbaħ il-Plejer tas-Sena tal-Ewropa tal-Golf

(Getty Images)

Francesco Molinari rebaħ għall-ewwel darba l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-Ewropa, biex b’hekk inkuruna staġun mill-aqwa li fih rebaħ l-Open tar-Renju Unit biex sar l-ewwel rebbieħ Taljan f’tournament maġġuri. Molinari li għandu 36 sena, rebaħ ukoll il-Kampjonat PGA f’Wentworth u kiseb il-ħames punti massimi biex għen lit-tim tal-Ewropa jegħleb lill-Istati Uniti fir-Ryder Cup.

“Hu unur li jfisser ħafna għalija u hu mod sabiħ biex intemm sena speċjali. Nirbaħ f’Wentworth f’wieħed mill-akbar avvenimenti, tani ħafna kunfidenza għas-sajf, iżda ovvjament ir-rebħ tal-Open tar-Renju Unit li bih sirt l-ewwel rebbieħ f’tournament maġġuri għall-pajjiżi, kien inkredibbli,” qal Molinari.

It-Taljan li sar l-ewwel Ewropew li rebaħ ħames punti minn ħamsa fir-Ryder Cup f’Settembru, għalaq sena impressjonanti bir-rebħ tat-titlu Race to Dubai. Molinari qal li se jħares dejjem għal dan l-istaġun bi kburija għal dak li għamel.

Tags