Lokali

Iktar persuni għandhom aċċess għar-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant

"Ir-rapport qed jintuża bi skop politiku mill-Gvern" - Adrian Delia

Fix-xhieda tiegħu fil-Qorti Kostituzzjonali, il-Kummissarju tal-Puliizja Lawrence Cutajar xehed li hemm tim ta’ pulizija li għaddejjin b’investigazzjonijiet relatati mal-inkjesta Egrant u li għandhom aċċess għar-rapport sħiħ tal-inkjesta.

Hu qal dan meta mistoqsi min, minbarra hu, għandu aċċess għar-rapport, bil-Kummissarju jgħid li hemm mdwar ħdax-il persuna li għandhom aċċess għal dan ir-rapport.

Lawrence Cutajar qal l-kopja tal-inkjesta għaddiet lilu mill-Assistent Kummisarju Ian Abdilla permezz ta’ email. Hu kkonferma li l-ewwel ma rċevih fil-fatt kien l-istess Ian Abdilla li ntgħatlu rorapport mill-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali.

Waqt is-seduta tal-lum xehed ukoll Matthew Carbone, Viċi Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern.

Carbone qal li hu ddiskuta kemm-il darba il-konlużjonijiet tal-inkjesta ma’ diversi persuni inkluż il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri. Mistoqsi jekk iddiskutiex il-konlużjonijiet li jsemmu liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, hu qal li tkellem dwar kollox ma Keith Schembri imma mhux fuq il-parti fejn jissemma l-istess Schembri.

Il-kawża tkompli tinstema quddiem l-Imħallef Robert Mangion fit-28 ta’ Jannar fid-9.30am.