Lokali Parlament

Is-sena d-dieħla hi sena kruċjali għar-reputazzjoni tal-pajjiż; Malta b’deficit morali

Arkivji

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal fil-parlament li l-2019 se tkun sena kruċjali għar-reputazzjoni ta’ Malta.

Edwin Vassallo qal li l-Oppożizzjoni trid li dan is-settur tas-servizzi finanzjarji jkompli jirnexxi iżda trid ukoll li dan ma jitpoġġiex f’periklu. Hu qal li s-sena d-dieħla se tkun vitali għal dan is-settur, partikolarment minħabba r-reputazzjoni ta’ Malta.

Il-gvern ma jistax niqba’ ċass quddiem din l-enigma li ħoloq hu stess. Hu qal li t-tbassir hu li fuq medda ta’ snin il-GDP se jonqos għal 4.4% minn 8% li qiegħed bħalissa; il-pajjiż ma jistax jiffaċċja s-sena d-dieħla bil-kaos li jinsab fih. Jeħtieġ li jkun magħruf ta’ min hi Egrant; il-Prim Ministru għandu jgħid ta’ min hi Egrant.

Jeħtieġ jinstab min ħallas għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li l-istituzzjonijiet finanzjarji jibdew jiffunzjonaw indipendentament mill-interessi tal-gvern, jitwaqqfu d-direct orders li qed jinħarġu kontra kull regola, tkun solvuta l-konfużjoni maħluqa minn 17 Black u li l-banek perikolużi li joperaw fil-pajjiż jkunu mogħtija drezzjoni.

Mhux ġust li l-poplu Malti jibqa’ jħallas għall-korruzzjoni fil-pajjiż fejn il-European Greens stabbilew li l-korruzzjoni qed tiswa lill-pajjiż €725 miljun fis-sena.

Edwin Vassallo qal li l-problema tal-kirjiet qed tkisser lill-familji u kompla li l-Prim Ministru stess kien kkritikat fil-Kungress tas-Soċjalisti Ewropej. Ir-realtà qed titkellem fuq defici morali u l-ħmieġ ambjetnali; dan il-pajjiż jinsab fi kriżi.

Edwin Vassallo ta wkoll diversi eżempji kif il-pajjiż qed jitlef ir-reputazzjoni internazzjonali fis-settur finanzjarju.