Lokali

Is-Sindku tar-Rabat kburi li mhuwiex parti mill-“klikka” tal-Partit Laburista

“Kif tista’ tibqa’ sieket meta min ma stmerrx ikissrek 14-il sena ilu jibqa’ jħaġġrek sal-lum… Ċert imma li kont lumija magħsura mbagħad mormija minn partit li sar moviment. Iżda kburi li qatt ma nxtrajt u qatt ma kont tal-klikka”, kliem is-Sindku Laburista tar-Rabat Charles Azzopardi – li f’post fuq Facebook pubblikament stqarr li jinsab tradut mill-Partit tiegħu stess.

Charles Azzopardi qal li fiż-żmien li ġej se jkun qed jispjega l-politika u minn xiex għadda hu, u mhux iħalli l-verita’ tibqa’ siekta u moħbija – fejn stqarr li wara għoxrin sena ta’ skiet issa qed jemmen li ta wisq ċans biex jinbidlu l-affarijiet.

Fi kliemu stess, is-Sindku tar-Rabat qal li b’kull mezz u għodda possibbli se jkun qed jitkellem dwar min ried jeliminah u jeqirdu.

Fil-post fuq Facebook, Charles Azzopardi qal li hu jħossu bħal lumija li ntużat għax ġie magħsur, u ntrema mill-Partit Laburista għax għandu s-saħħa tal-maġġoranza, u li qatt ma fforma parti mill-klikka. Is-Sindku tar-Rabat Charles Azzopardi stqarr jgħid li hu kburi li qatt ma nxtara – b’referenza għas-sitwazzjoni li jinsab fiha l-Partit Laburista bħalissa.

Ara x’kiteb fuq Facebook hawn taħt: