Sport Sport Ieħor

Juan Farrugia jirbaħ fil-500 metru heavyweight fil-Kampjonat Britanniku tal-Qdif Indoor

Juan Farrugia, Emerson Farrugia u Glenn Zammit irritornaw mir-Renju Unit wara li ħadu sehem fil-Kampjonat Britanniku Mizuno tal-Qdif Indoor.

Juan Farrugia spiċċa fl-ewwel post fil-500 metru heavyweight b’ħin ta’ 1:21.3. Glenn Zammit spiċċa fir-raba’ post fil-500 metru heavyweight iżda fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena, u spiċċa fl-24 post fil-2000 metru heavyweight.

Emerson Farrugia daħal fil-ħames post fil-500 metru lightweight u fil-11-il post fil-2000 metru lightweight. Mal-wasla tagħhom, huma ntlaqgħu mill-President tal-Malta Rowing Association Stephen Paris.

Tags