– Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li dan l-Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika qed terġa’ tinktieb meta din qatt ma kienet ir-regola normali. Il-mod kif inbidlet din il-liġi ma jinftehmix u għandu intenzjoni biex iżżid il-kontroll mill-Prim Ministru u biex tagħti setgħat akbar lil dawk magħżulin mill-gvern.
Il-gvern ma ħareġ l-ebda stqarrija dwar din il-liġi. Jirriżulta li l-gvern ma kkonsulta ma’ ħadd lanqas mal-unions. Hu qal li flok lista ta’ valuri hemm lista ta’ kliem bħall-integrità, ir-rispett u l-leatà li m’humeix spjegati kif suppost. Il-mod kif inkitbet il-liġi ma jgħinx biex ikun speċifikat l-iskop li għalih inkitbet il-liġi.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-kunċett ta’ revolving doors, il-protezzjoni tal-erarju u l-bord li jissorvelja, li se jkun appuntat kollu mill-ministru. Hu qal li ma jaqbilx ma’dan il-metodu għaliex kellu jkun hemm element ta’ rappreżentanza ekwa min-naħa tal-ħaddiema tal-amministrazzjoni pubblika.
Karol Aquilina tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni u l-penali fil-każi fejn ħaddiema jitilqu minn impjieg u jmorru jaħdmu ma’ kompetituri tagħhom. Din is-istwazzjoni m’għandix ktun tratta b’impożizzjoni għaliex kull ftehim kollettiv li jkun hemm għandu jkun implimentat. Il-gvern għadu biċ-ċans li jiddiskuti mal-ħaddiema u jinstab qbil bejn il-partijiet.
Ikun utli li persuna li taħdem mal-gvern tingħata l-fakultà li jmorru quddiem il-bord u jispjegaw x’se jagħmlu fil-karriera tagħhom. Dan il-brd jiggwidah biex ikunu evitati problemi u akkużi li qed tinkiser il-liġi. Hu qal li għandu informazzjoni li dawn l-emendi qed isiru minħabba kunsiderazzjoni mill-GRECO.
Hu qal li l-gvern qed jaqbel is-stwazzjoni għaliex ir-responsabbiltajiet għandhom jibdew minn fuq fejn il-persuni bl-akbar riskji għandhom ikunu inklużi. Il-Gvern qed jagħti trattatament lil diversi karigi fiċ-Ċivili li huma magħżulin mill-gvrn; din qed toħloq diskriminazzjoni. Il-gvern bla dubju qed jipprova jdendel il-karrotta lil dawn il-persuni f’awn il-karigi.
//= $special ?>