Futbol Sport

Marsa White Stars u Tarġa Gap se jikkontestaw il-finali tat-tournament tal-Milied tal-Masters

Il-finali tat-tournament tal-Milied sponsorjat minn Żmerċ Pub se tkun ripetizzjoni tal-istaġun li għadda bejn Tal-Qroqq u Marsa White Stars wara li fis-semifinali eliminaw lil Melita u Tarġa Gap. Marsa kienu aħjar minn Tarġa Gap, minkejja li kellhom lil Ricardo Severino u Mario Caruana li kienu imweġġa’. Spikka għalihom Alexander Ribic li skorja erbgħa.

Fl-ewwel taqsima huma ddominaw u daħlu jistrieħu b’vantaġġ komdu ta’ 6-1, b’Gilbert Scerri ikun perikoluż bil-passaġġi preċiżi. Fit-tieni taqsima Tarġa Gap daħlu aktar fil-logħba u skorjaw tliet gowls fl-aħħar kwarta biex għamlu l-iskor aktar rispettabbli, b’Jean Bert Gatt jerġa’ jkun l-aħjar plejer tagħhom.

Tal-Qroqq għelbu lit-tim tal-Premier Melita 8-3. Huma kienu effettivi b’logħob tajjeb u bi skwadra b’saħħitha li tista’ tikseb il-promozzjoni. Għalihom spikka Carlo Leonardi li wera kwalitajiet tajbin bil-ġirjiet fuq il-lemin.

Melita ħassew in-nuqqas ta’ Michael Galea li għadu mweġġa’ u kienu fqar fil-konklużjonijiet tagħhom. Fl-ewwel taqsima l-logħba kienet bilanċjata, b’Melita jidħlu jistrieħu 3-2 minn fuq. Iżda fit-tieni taqsima Tal-Qroqq qabduhom fuq sieq waħda bil-kontrattakki.

Riżultati

Tal-Qroqq v Melita           8-3

Skorjaw: C. Leonardi (5), R. Perkins, A. Sammut, J. Sammut (T), B. Said (4), M. Valenzia (M)

Referee: A. Cutajar

Marsa WS v Tarġa Gap   8-4

Skorjaw: A. Ribic (4), G. Scerri (2), R. Mangion, K. Zammit (M), J. Gatt (3), S. Gingell (T)

Referee: R. Sciberras