Dalgħodu fil-Qorti qed tissokta l-Kawża Kostituzzjonali fil-Qorti li fetaħ il-Kap tal-PN Adrian Delia kontra l-Avukat Ġenerali sabiex tiġi ppubblikata b’mod sħiħ l-Inkjesta Egrant.
Illum qed jixhed fost l-oħrajn il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.
Ftit tal-ġimgħat ilu, delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li kienet żaret pajjiżna biex tistħarreġ dwar is-Saltna tad-Dritt, stqarret li hu kruċjali li r-rapport sħiħ tal-inkjesta dwar Egrant ikun ippubblikat.
Id-delegazzjoni qalet li l-fatt li huma biss membri tal-Gvern li għandhom kopja ta’ din l-inkjesta u li ġew ippubblikati biss partijiet minnha qed ikompli jimmina il-fiduċja fil-proċess.
L-Avukat Ġenerali qed jibqa’ jżomm stinat u ma jridx jippubblika l-inkjesta.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>