Lokali Qorti

Tkompli l-Kawża biex ir-Rapport Egrant ikun ippubblikat b’mod sħiħ

Ir-Rapport għadu qed jinżamm moħbi mill-Avukat Ġenerali

Dalgħodu fil-Qorti qed tissokta l-Kawża Kostituzzjonali fil-Qorti li fetaħ il-Kap tal-PN Adrian Delia kontra l-Avukat Ġenerali sabiex tiġi ppubblikata b’mod sħiħ l-Inkjesta Egrant.

Illum qed jixhed fost l-oħrajn il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.

Ftit tal-ġimgħat ilu, delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li kienet żaret pajjiżna biex tistħarreġ dwar is-Saltna tad-Dritt, stqarret li hu kruċjali li r-rapport sħiħ tal-inkjesta dwar Egrant ikun ippubblikat.

Id-delegazzjoni qalet li l-fatt li huma biss membri tal-Gvern li għandhom kopja ta’ din l-inkjesta u li ġew ippubblikati biss partijiet minnha qed ikompli jimmina il-fiduċja fil-proċess.

L-Avukat Ġenerali qed jibqa’ jżomm stinat u ma jridx jippubblika l-inkjesta.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.