Għandu 29 sena l-allegat aggressur illi wettaq sparatura fuq Villaġġ tal-Milied fi Pjazza Kleber fiċ-ċentru ta’ Strasburgu; wieħed mill-aktar swieq popolari f’dan iż-żmien festiv li jinsab ftit kilometri biss bogħod mill-Parlament Ewropew.
Iż-żagħżugħ jidher li jismu Cherif C, b’ritratt tiegħu jinxtered mal-ewwel fuq Twitter. Ftit hemm dettalji dwar dan iż-żagħżugħ, għalkemm qed jingħad li hu ġie radikalizzat fil-perijodu meta kien miżmum il-ħabs. Cherif twieled fi Strasburgu.
Sorsi qed jindikaw ukoll li l-grupp ISIS esprima sodisfazzjon li dan kien “attakk suċċess”.
Matul il-lejl, il-media Taljana kienet qed tirrapporta li fost il-feruti hemm ukoll raġel Taljan. Pjazza Kleber, il-post fejn seħħ l-attakk, tkun frekwentata minn miljuni ta’ turisti f’dan iż-żmien tas-sena b’enfasi partikolari fuq is-swieq tradizzjonali tal-Milied illi jiġu armati fil-miftuħ.
Fi żviluppi oħra, wara l-11:30pm bdiet tfittxija oħra mill-Pulizija Franċiża għaliex kien qed jingħad li jista’ jkun hemm nies oħra involuti fl-attakk tat-Tlieta.
//= $special ?>