Lokali Parlament

Il-Gvern jaħrab minn stqarrija ministerjali dwar Neville Gafà

Permezz tal-Prim Ministru Joseph Muscat, tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, tal-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici u tal-Ministru tal-Intern Michael Farrugia, il-gvern evita li jagħmel stqarrija ministejali dwar Neville Gafa.

Neville Gafa hu uffiċjal tal-Gvern li kien involut fl-iskandlu tal-visas Libjani u kien fiċ-ċentru tal-attenzzjoni riċentament minħabba ż-żjara li għamel fil-Libja; liema żjara ma kinitx awtorizzata mill-gvern u li matulha Gafa ltaqa’ ma’ wieħed mill-mexxejja tal-milia Libjana


Fil-Parlament il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li bħalissa għaddejja s-saga ta’ Neville Gafa, li kien anki fl-Eżekuttiv Laburista, kellu l-kuntratt terminat mal-FMS u kin jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-customer care.


Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa jekk il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne għandux xi stqarrija ministejali dwar dan il-każ li qed itellef ir-reputazzjoni ta’ Malta fl-aħħar ġranet ħarġet informazzjoni sensittiva ħafna dwar il-pożizzjoni tal-gvern li ma ħariġx visas għal nies li kellhom jixhdu kontra Gafa u jekk hux se jsiru stqarrijiet ministerjali mill-Ministru tal-Intern u tal-Ġustizzja.


Hu staqsa wkoll jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat għandux stqarrija ministerjali wara li qal li Gafa qed jagħmel xogħol tajjeb.

Id-Deputat Prim Ministru informa lill-Ispeaker li l-gvern ma kellu l-ebda stqarrija ministerjali x’jagħmel.