– Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici enfażizza fil-parlament li s-settur pubbliku għandu jopera b’rispett, effiċjenza u ġustizzja.
Hu enfażizza l-importanza tal-kwalità fis-servizz mogħti md-dipartimenti b’irspett u dinjità u qal li s-servizz pubbliku għandu jkun imħarreġ kontinwament b’aġġornamenti kontinwi. Is-Service Charters huma għodda essenzjali biex il-gvern jagħti servizz tajjeb lill-poplu. Il-pajjiż għadu f’sitwazzjoni fejn numru ta’ dipartimenti ibatu biex jagħtu risposti f’qafas taż żmien.
Carm Mifsud Bonnici enfażizza l-importanza li r-risposti jkunu motivati permezz ta’ ġustizzja. Min imexxi s-settur pubbliku għandu mhux biss iħalli l-impronta tiegħu iżda jkun qed jaħdem it-titjib meħtieġ. Għalhekk is-settur pubbliku għandu jingħata l-għodda sħiħa biex jimxi ‘il quddiem.
Il-Kummissjoni tal-Mertu hi importanti u għalhekk għandha titħaddem tajjeb biex jittieħdu l-benefiċċji meħtieġa minnha. Hu kkritika l-kunċett li se jkun hemm ordnijiet mhux miktuba fis-settur pubbliku għaliex meta dawn ikunu bil-miktub, l-ordnijiet ikunu iktar segwiti.
Carm Mifsud Bonnici qal li l-kostituzzjoni ħadmet u ma kienx hemm komplikazzjonijiet dwar kif il-Prim Ministru jaħtar is-Segretarju Permanenti Ewlieni. L-Oppożizzjoni hi favur it-tisħiħ tas-settur pubbliku, li hu mimli b’nies tajbin, ta’ esperjenza u leali lejn il-gvern, il-poplu u min ikun qed imexxi l-pajjiż.
//= $special ?>