Libjan ta’ 40 sena residenti l-Mellieħa tressaq il-Qorti t’Għawdex wara li ġie akkużat li fl-10 ta’ Diċembru waqt li kien fi Triq il-Qbajjar fiż-Żebbuġ Għawdex ikkaġuna ħsara ta’ natura gravi jew is-saħħa ta’ persuna oħra.
Huwa wkoll ġie akkużat li saq vettura b’manjiera traskurata u b’mod perikoluż, talli ġarr strument li jaqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja jew permess, talli għamel delitt kontra persuna oħra u talli kiser il-buon ordni u li hedded persuna oħra.
Il-Libjan ġie akkużat ukoll talli qabel kellu fil-pusses tiegħu raża tal-kannabis u talli sar riċediv.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-libertà taħt diversi kundizzjonijiet u ġie ordnat iħallas depożitu ta’ €1,000 u garanzija persina ta’ €5,000.
//= $special ?>