Kurżitajiet Lokali Saħħa

Tesiġi ‘l-ambulanza waqt emerġenza jżurulha biex tgħaddi

Kirja b'vann aktar importanti minn operazzjoni ta' salvataġġ

Minflok tistenna sabiex tim paramediku jassisti emerġenza li ssejjaħ għaliha f’residenza, filmat fuq facebook juri xufiera teħodha ma’ membru mill-istess tim mill-isptar Mater Dei sabiex tkun tista’ tgħaddi hi. Dan filwaqt li ħalliet warajha lit-tfal fil-vann waħedhom.

Jidher li kienet ix-xufiera stess li għalqet lilha nnifisha wara l-ambulanza hekk kif injorat barikata li turi li t-triq hi magħluqa u baqgħet issuq biex eventwalment qagħdet tpaqpaq biex tkun tista’ tgħaddi.