Ambjent Lokali

“Wasteserve, qażżistuni bl-inkompetenzi tagħkom” – Kunsilliera Laburista

Il-kunsilliera Laburista fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, Rachel Powell, ħaditha qatta’ bla ħabel kontra l-kumpanija Wasteserv, entità tal-Gvern li qed timmaniġġja l-iskema l-ġdida tal-ġbir tal-iskart organiku u skart ieħor.

F’post fuq Facebook, Powell kitbet hekk: “Wasteserv issa qażżistuni bl-inkompetenzi tagħkom! Iż-żejjed kollu żejjed. Ir-residenti ta’ Ħad-Dingli huma mitluba jinjoraw il-karta li tqassmet mill-Wasteserv.”

Hi kienet qed tirreferi għal karta li l-kumpanija Wasteserv qassmet fir-residenzi tad-Dinglin, liema karta tagħti ħinijiet differenti mill-ħin li l-Kunsill Lokali stabbilixxa għall-ġbir tal-iskart.