Kurżitajiet Lokali Mużika

Emma Muscat b’4.8 miljun view f’inqas minn xahar

Ikompli s-suċċess fl-Italja mat-tikketta Warner Music

Il-vuċi stupenda ta’ Emma Muscat qed tkompli tiddomina l-istazzjonijiet tar-radju fl-Italja hekk kif ix-xahar li għadda, flimkien mar-rapper Taljan Shade, ħarġet il-kanzunetta ‘Figurati Noi’.

Din id-darba qed naraw lil Emma tkanta b’mod impekkabbli bil-lingwa Taljana wara li aktar kmieni din is-sena ħarġet is-single tagħha bl-Ingliż ‘I Need Somebody’. Iżda din il-kanzunetta l-ġdida li ilha inqas minn xahar li ħarġet diġa’ issuperat il-popolarita’ tal-ewwel single tant illi mis-16 ta’ Novembru kellha ‘l fuq minn 4,800,000 view fuq YouTube.