Futbol Sport

FILMAT: Għandi fiduċja kbira li nagħtu prestazzjoni tajba – Anton Tagliaferro, President ta’ Balzan

Il-President ta’ Balzan Anton Tagliaferro jinsab fiduċjuż li finalment Balzan jistgħu jiksbu l-ewwel unur maġġuri fl-istorja tagħhom. “Jien naħseb għandna tim tajjeb, tim validu, u għandi fiduċja kbira li nagħtu prestazzjoni tajba u għandna ċans li nirbħu l-ewwel tazza kbira għat-tim ta’ Ħal Balzan u nispera li jiġu ħafna Maltin biex jaraw il-partita, biex jissapportjaw tim żgħir minn raħal żgħir kontra tim kbir bħal Belt.”

Il-President Malti-Awstraljan qal li jinsab kunfidenti ħafna u għadu akkanit. Tagliaferro deher li tefa’ botta fejn qal li huma klabb li jagħmlu kollox “fair and square, forsi dik il-problema tagħna”, u żied li jittama li jerġgħu jispiċċaw mal-ewwel tlieta fil-kampjonat u jerġgħu jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej.