Edukazzjoni Lokali Saħħa

Il-ġerħa tas-solitudni – Dokumentarju ġdid

Ħafna jiftakru l-istorja ta’ Ronnie Stafrace għalkemm forsi ma jiftakrux ismu. Ronnie kien instab mejjet mill-pulizija fid-dar tiegħu fi sqaq f’Ħaż-Żabbar wara li kienu ilu l-jiem mejjet. Ħadd ma kien induna bin-nuqqas tiegħu.

Dokumentarju ġdid imniedi mid-Dekan tal-Fakultà tat-Tisħiħ tas-Soċjetà il-Professur Andrew Azzopardi jibda propju bl-istorja ta’ Ronnie.

Id-dokumetnarju, li hu proġett maħdum flimkien mal-Fondazzjoni Caritas Malta, jittratta s-solitudni
Id-direttur tal-Caritas Anthony Gatt jiddeskrivi s-solitudni bħala ħaġa kiefra. Hu rrefera għal mod kif ħabsin jintbagħtu f’ċelel waħedhom.

Id-dokumentarju jżewweġ l-akkademiċi mal-istejjer tal-persuni, u jwaħħad l-istejjer tan-nies mal-informazzjoni dwar is-solitudni.

Fid-dokumentarju wieħed jista’ jara u jisma xhieda ta’ persuni li għaddew minn sitwazzjonijiet diffiċli ta’ solitudni, kif ukoll kummenti ta professjonisti fil-qasam soċjali.

Jintqal ukoll li s-solitudni tista twassal għal mard ieħor bħad-dipressjoni, id-dimenzja jew kundizzjonijiet oħra.
Fid-dokumentarju, Anthony Gatt tkellem dwar gruppi soċjali fi ħdan il-Cartias li jgħinu lill perusni li jkunu qed iħossuhom wahedhom kif ukoll. Barra minn hekk awtorijatijet oħra bħall Knisja kif ukoll professjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali u soċjali li jistgħu jgħinu lil persuni li qegħdin fis-solitudni.

Minn naħa tagħha l-psikologa Roberta Farrugia Debono tisħaq li temmen li s-soluzzjoni għas-solitudni huma r-relazzjonijiet u l-edukazzjoni dwar kif jinbnew dawn l-istess ir-relazzjonijiet.

Id-dokumentarju jinstab fuq Youtube u jġib l-isem Il-Ġerħa tas-Solitudni –