Internazzjonali

Inċertezza għat-tmexxija ta’ Theresa May

Għadu kif tħabbar li ntlaħaq l-ammont meħtieġ ta’ Membri Parlamentari Konservattivi sabiex jintalab vot ta’ sfiduċja f’Threres May, il-Kap tal-Partit Konservattiv kif ukoll Prim Ministru tar-Renju Unit

Dan wara li issa nġabru l-48 ittra meħtieġa sabiex it-tmexxija tkun sfidata.

Kellu jkun il-Whip tal-Gvern Julian Smith li jwassal din l-aħbar lil May fl-aħħar sigħat.