Lokali Parlament

Is-settur tal-gaming hu wieħed mill-iktar setturi dinamiċi tal-ekonomija

– Kristy Debono, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li I=s-settur tal-gaming hu wieħed mill-iktar setturi dinamiċi tal-ekonomija Maltija.

Fil-aprlament Kristy Debono tkellemt dwar l-armonizzjoni tat-transazzjoni bejn il-framework legali preċedenti u dak li ġie ppreżentat fil-parlament fejn l-Oppożizzjoni kkoperat.

Dan is-settur huwa strumentali għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna, tant li jikkontribwixxi mhux biss għall-valur ta’ pajjiżna iżda għall-ħolqien ta’ impjiegi tal-ogħla kwalità u li kienu l-inizjattivi ewlenin għal numru kbir ta’ servizzi anċillari li sal-lum għadhom irendu, jikbru u jdawru r-rota ekonomika b’mod b’saħħtu.

Kristy Debono qalet li s-settur tal-gaming – bħas-settur diġitali kollu – huwa settur mill-aktar dinamiku, fejn il-ħin kollu jeħtieġ li naġġornaw biex ikompli jikber u jkompli jixpruna opportunitajiet ġodda. Fil-valur miżjud, il-kontribut settorjali tas-settur tal-gaming hu ta’ 19.2%, is-servizzi professjonali jikkontribwixxi għal 16.8%, l-attività finanzjarji u l-assigurazzjoni 8.5% waqt li dak tal-ICT 4%. Dan ifisser li dawn is-setturi kollha f’daqqa jikkontribwixxu għal 48.5% tal-valur miżjud gross ta’ pajjiżna.

Fost is-setturi ekonomiċi li rreġistraw tkabbir annwali, fl-2018, fil-quċċata hemm is-settur tal-gaming wara biss it-tkabbir fir-real estate li rreġistra tkabbir ta’ 10.7%, segwit minn tkabbir fl-attività finanzjarja tal-assigurazzjoni bi tkabbir ta’ 10.4% u l-ICT bi tkabbir ta’ 4.5%.

Fix-xogħol jirriżulta li s-settur tal-gaming u s-servizzi professjonali rrappurtaw l-akbar żieda relattiva fl-impjiegi fl-aħħar ħames snin bejn l-2012 u l-2017. Is-settur tal-gaming waħdu jimpjega 8,671, dak tal-ICT 7,317, is-servizzi finanzjarji 9,832; li flimkien jammontaw għal 25,820 persuni. Dan minngħajr ma tinkludi is-servizzi professjonali ta’ 12,554 għaliex mhux neċessarjament huma linked diretti ma dawn is-setturi.

Anke jekk wieħed jara liema huma s-setturi li l-aktar irrapurtaw zieda fil-pagi, wara l-kostruzzjoni li rreġistraw tkabbir annwali ta’ 12.8%, is-servizzi finanzjarji irrapurtaw zieda ta’ 10.4% u jinsabu fil-quċċata bħala paga medja ta’ kważi €27,000 fis-sena, bis-settur tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jirrapurta tnaqqis ta’ 5.6%, pero ukoll għandhom paga medja ta’ €20,047.

Ċifri uffiċjali juru li kważi 98% tal-investiment dirett barrani kollu li jigi f’pajjiżna, fil-fatt jiġi mis-settur tas-servizzi finanzjarji u l-insurance. Mhux hekk biss, però dan il-kontribut fl-investiment f’pajjiżna qiegħed jiżdied by 25% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Bl-istess mod qiegħed iħalli dan l-istess impatt fuq id-dħul ghal pajjiż permezz tat-taxxi minn dan is-settur.

Ir-ripple effect ta’ dan is-settur, ifisser li l-impatt tiegħu jolqot b’mod dirett lil dan is-settur iżda jħalli mpatt pożittiv lil diversi oqsma. Allaħares ma kienx għas-settur tal-gaming, li jsostni lir-ristorant kuljum għaliex dawn jiġu jieklu, m’hemmx staġuni u weekend. Dan igawdi miegħu mhux biss il-ħaddiema tal-gaming, mhux sid ir-ritorant, iżda wkoll l-imjegati, il-kirjiet, s-servizzi tat-taxis, is-servizzi tat-tindif, il-bejgħ inġenerali u oħrajn. Dak hu l-effett minn fuq s’isfel.

Kristy Debono sostniet li dan hu importanti li dan is-settur nieħdu ħsiebu u naraw li ma jkunx espost għal riskji perikolużi għaliex l-impatt tiegħu jekk jikber jiċken, ikun eżattament l-oppost; b’mod negattiv.