Lokali

Jittajjar waqt li qed isuq ir-rota

pulizija

Tifel ta’ għaxar snin ittajjar waqt li kien qed isuq ir-rota fi Triq San David l-Imtarfa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30pm tal-bieraħ filgħaxija u minnufih issejħu l-pulizija tad-distrett.

Jidher i t-tifel ittajjar minn vettura tat-tip Mazda misjuqa minn raġel ta’ 32 mill-Mosta.

Amublanaza ħadet lIt-tifel l-isptar Mater Dei fejn instab li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-pulizija għada qed tinvestiga.