Sport Sport Ieħor

Matthew Asciak ifittex is-sitt suċċess konsekuttiv fit-tournament tal-Masters tat-tennis

(Ritratt: Martin Agius)

L-istaġun lokali tat-tennis se jintemm il-ġimgħa d-dieħla hekk kif hu skedat li jintlagħab it-tournament tal-Masters tal-irġiel bejn is-17 u t-23 ta’ Diċembru.

F’dan l-aħħar avveniment ta’ din is-sena se jieħdu sehem l-aqwa tmien tennisti f’pajjiżna, bis-sid numru wieħed Matthew Asciak se jipprova jirbaħ dan it-tournament għas-sitt sena konsekuttivi. It-tmien tennisti se jkunu maqsuma f’żewġ gruppi ta’ erbgħa, bl-ewwel żewġ tennisti jikkwalifikaw għas-semifinali.

Il-President tal-Federazzjoni Maltija David Farrugia Sacco qal li t-tennis għaddej minn żmien pożittiv bl-aħjar riżultati fit-Tazza Davis għat-tim tal-irġiel filwaqt li tennisti żgħażagħ bħal Francesca Curmi u Helene Pellicano qed jiksbu riżultati tajbin fix-xena internazzjonali.

Il-persuna Eżekuttiva tar-Relazzjonijiet Pubbliċi u l-Marketing tal-BOV Charles Azzopardi qal sejjaħ l-għajnuna finanzjarja lill-federazzjoni tat-tennis bħala investiment fl-isport u żied li l-għan tal-Bank of Valletta hu li mill-profitti li jagħmlu, jinvestu kemm jista’ jkun f’diversi assoċjazzjonijiet.

Il-President tal-Federazzjoni tkellem ukoll dwar il-proġett li sejjaħ bħala ċ-Ċentru Nazzjonali li se jkollu żviluppi fiżiċi s-sena d-dieħla. Dan il-proġett se jkun f’Pembroke viċin il-grawnd tal-futbol ta’ Melita, b’Farrugia Sacco jgħid li l-proġett għandu żewġ fażijiet li huma l-bini tal-kumpless u d-dwal, bit-tieni fażi tkun il-bini ta’ sitt courts b’wiċċ iebes.

Tags