Lokali

‘Sempre Viva’ – installazzjoni artistika li tiġbor l-istejjer ta’ immigranti Maltin

Bħala parti mill-attivitajiet tal-għeluq tal-V18, fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tnediet installazzjoni artistika bl-isem ta’ Sempre Viva – li l-ispirazzjoni warajha hi li tiġbor osservazzjonijiet u rikollezzjonijiet tal-mod kif numru ta’ Maltin infirxu madwar id-dinja u xerrdu l-kultura Maltija ma’ komunitajiet oħra.

L-artista Charlie Cauchi spjegat kif f’dan id-dokumentarju artistiku li qed jiġi muri f’filmat hu miġbud f’numru ta’ pajjiżi, bil-komunitajiet Maltin fir-Renju Unit, fl-Istati Uniti, u fil-Kanada. Bl-għan ikun li terġa’ tiġbor l-esperjenzi ta’ dawn l-immigranti Maltin li minkejja li ilhom is-snin li telqu minn pajjiżna, xorta waħda żammew lil art twelidhom f’qalbhom.

Din l-installazzjoni artisika ‘Sempre Viva’ hi miftuħa għall-pubbliku bejn l-10 u l-15 ta’ Diċembru.