Internazzjonali

9 persuni jitilfu ħajjithom f’inċident ferrovjarju fit-Turkija

Tal-anqas disa’ persuni tilfu ħajjiethom u 47 oħra ndarbu wara li ferrovija baqgħet dieħla f’stazzjon fil-kapitali Torka Ankara.

Skont ix-xhieda, il-ferrovija l-ewwel ħabtet ma’ ferrovija oħra u imbagħad ħarġet mil-linji.

Il-ferrovija kienet fuq vjaġġ minn Ankara lejn il-belt ta’ Konya fil-Punent. Aboord il-ferrovija kien hemm 206 passiġġier.