Internazzjonali

Evitat attakk terroristiku fl-Iżvezja

Raġel kien arrestat f’Goteborg fuq is-suspett li kien lest iwettaq attakk terroristiku.
Is-servizzi tas-sigurtà Żvediżi, is-SAPO, qalu li din il-persuna kienet ilha żmien tħejji għall-attakk u kellu rabtiet ma’ nies barra mill-Iżvezja.

B’rabta ma’ dan l-arrest saru diversi rejds fl-inħawi ta’ Goteborg u xi nies inżammu biex jgħinu fl-investigazzjoni.

Uffiċjali Żvediżi qalu li l-arrest ma kellux x’jaqsam mal-attakk ta’ din il-ġimgħa fi Strasburgu fi Franza. Fl-Iżvezja hemm livell ta’ allert ta’ Tlieta li jfisser li hemm possibbiltà kbira li jkun hemm attakk filo-pajjiż.

Tul dawn l-aħħar tmien snin fl-Iżvezja saru żewġ attakki terroristiċi.