Sport

Inċidenti f’Ruma bejn partitarji ta’ Lazio u Eintracht Frankfurt

Fiċ-ċentru ta’ Ruma kien hemm inċidenti bejn il-partitarji ta’ Lazio u dawk ta’ Eintracht Frankfurt li jinsabu f’Ruma għal-logħba tal-lejla valida għall-Europa League.  L-inċidenti bdew għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofs in-nhar fi Piazza Flaminio fejn partitarji Ġermaniżi bdew iwaddbu oġġetti u jkissru ħġieġ. Dan wassal biex il-pulizija kellha tintervjeni biex tikkontrolla s-sitwazzjoni.  Fi Piazza del Popolo kien hemm grupp ta’ 300 partitarju Ġermaniż li għalkemm ma kkawżawx inċidenti, ħallew warajhom ħerba bi skart u fliexken mifruxa mal-art.

L-inċidenti imbagħad eskalaw fiż-żona qrib l-iStadio Olimpico fejn qed ikun allegat li mal-ultras Ġermaniżi, ingħaqdu ukoll xi ultras tat-tim ta’ Atalanta. Sa issa kien rappurtat persuna waħda feruta filwaqt li madwar sitt Ġermaniżi ġew arrestati mill-pulizija.