Sport Sport Ieħor

Magħrufa l-avversarji tat-tim Malti tal-futsal fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal tela’ kontra l-Belġju, l-Iżvezja u l-Armenja fi Grupp E tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja li se ssir fl-2020. L-Iżvezja se torganizza dan il-grupp bejn id-29 ta’ Jannar u t-3 ta’ Frar tas-sena d-dieħla. Bħala parti mill-preparazzjoni għal dawn il-logħbiet, riċentament it-tim nazzjonali Malti lagħab erba’ logħbiet ta’ ħbiberija, tnejn kontra l-Olanda u tnejn kontra l-Irlanda ta’ Fuq.

It-tim ta’ Vic Hermans se jmur l-Irlanda ta’ Fuq fl-14 ta’ Jannar biex jilgħab żewġ logħbiet oħra qabel imur lejn l-Iżvezja. L-ewwel żewġ timijiet minn kull grupp jgħaddi għar-rawnd prinċipali. Minbarra l-Litwanja se tikkompeti bħala l-pajjiż organizzattiv, l-Ewropa għandha post għal sitt nazzjonijiet minn 24 li se jieħdu sehem fil-fażi finali li se ssir bejn it-12 ta’ Settembru u l-4 ta’ Ottubru tal-2020.

Tags