Raġel ta’ 47 seena sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ fi Triq iċ-Ċawla, ir-Rabat.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.30 ta’ filgħaxija. Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien hemm impatt bejn Renault Scenic misjuqa minn raġel ta’ 41 sena miż-Żurrieq u vettura tat-tip Renault Clio misjuqa minn raġel ta’ 47 sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 47 sena l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Aktar tard hu ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>