Il-Prim Ministru Theresa May qed tirritorna lura Brussell għal summit tal-Unjoni Ewropea wara li l-Erbgħa filgħaxija għelbet vot ta’ sfiduċja kontriha. Vot li issa jagħtiha ftit nifs peress li ma jistgħax ikun hemm sfida oħra għat-tmexxija tagħha għal sena.
Imma minkejja dan għadd hemm l-ostakklu tal-vot fil-Parlament dwar il-ftehimj għall-Brexit.
Ftehim li se tipprova tirranġa xi affarijiet fih waqt li tkun Brussel speċjalment rigward x’se jiġri mill-Irlanda ta’ Fuq minħabba l-fruntiera mar-Repubblika tal-Irlanda.
L-Unjoni Ewropea għamlitha ċara li xejn aktar ma jista’ jiġi negozjat għalkemm lesti jaraw x’jagħmlu biex jagħtu garanziji biex jippruvaw jserħu l-imħuħ l-aktar dwar il-ġejjieni tal-Irlanda ta’ Fuq.
//= $special ?>

