Tfajjel żgħir u żewġ xufiera kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku bejn tlett vetturi. Il-każ seħħ fl-10.30 tal-Ħamis filgħodu fi Triq l-Għarb, Għawdex – fid-daħla li tagħti għal Ta’ Pinu.
Fuq il-post ġew msejħa kemm uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hekk kif l-vittmi ma setgħux joħorġu minn vettura minnhom.
Xufier ta’ 18-il sena mix-Xewkija, kif ukoll sewwieqa ta’ 26 sena minn San Lawrenz, u tfajjel ta’ sentejn li kien passiġġier magħha ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għal aktar kura.
Fortunatament kollha kemm huma ġew ċċertifikati li ġarbu biss ġrieħi ħfief.
//= $special ?>

