Lokali

AĠĠORNATA: Jinstab il-kelb li ttieħed minn wara l-bieb f’Santa Venera

Storja li tintemm b'aħbar sabiħa - il-kelb Toby instab u issa qiegħed lura għand il-familja

Sid il-kelb li nsteraq għamlet kuntatt ma’ dan is-sit fejn ikkonfermat li l-kelb instab u issa ġie rritornat lura għand il-familja.

 

Aktar kmieni:

Fuq Facebook, beda jdur filmat ta’ raġel li ħa kelb minn wara bieb ta’ residenza f’Santa Venera.

Sid il-kelb tar-razza Yorkshire Terrier, bl-isem ta’ Toby, għamlet appell fuq Facebook biex jinstab min seraq il-kelb. L-aħħar li deher il-kelb kien nhar it-Tlieta għall-ħabta tad-9.18 ta’ filgħaxija fi Triq Franġisk Grech, f’Santa Venera.

Fil-filmat jidher raġel miexi fuq il-bankina li mexa fid-direzzjoni tal-kelb, ġabru minn mal-art, u dar lura bil-kelb f’idu.

Min għandu informazzjoni dwar il-kelb hu mitlub jagħmel kuntatt fuq in-nurmu 99177448, jew inkella mal-għassa tal-Ħamrun 22943451.

Dawn huma ritratti li ppubblikat sid il-kelb: