Hekk kif din il-gimgha tlaqqa’ summit iehor fi Brussell, komplew it-taħditiet dwar Brexit …u dwar kif se jitqassmu l-fondi ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea.
Waqt is-summit il-PM Theresa May tkellmet dwar il-ftehim tal-ħruġ tar-Renju Unit mil-Unjoni Ewropea.
May dehret inċerta dwar it-talbiet tagħha fir-rigward tal-ftehim tant li xi mexxeja ta’ stati oħra staqsewha x’inhu li trid eżatt.
Il-Prim Ministru Ingliż sabet il-bibien magħluqa għat-talba li tingħata ċ-ċans li terġa tinnegozja l-ftehim fi Brussell…. li jfisser li issa May se jkollha biċċa xogħol iebsa ħafna sabiex tikkonvinċi lil Parlament Ingliz japprova l-ftehim oriġinali. Sal-Hamis, May kienet qed tittama li tingħata l-aħħar ċ-ċans Ii terġa tinnegozja sabiex ikun aktar faċli ghaliha biex tgħaddi dan il-ftehim mill-Parlament Ingliż.
Intant, fi Brussell bedw ukoll it-taħditiet dwar il-fondi tal-Unjoni Ewropea ghas-7 snin li gejjin.
Fl-2013, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien irnexxielu jinnegozja pakket ta’ ‘l fuq minn biljun ewro jew elf, mija u tmienja u għoxrin miljun Ewro – fondi li ssarfu f’firxa wiesa’ ta’ proġetti, mill-bini tal-isptar tal-Onkoloġija, it-terminal taċ-Ċirkewwa, numru ta’ toroq ewlieni bħal Triq il-Kosta u Triq il-Kunsill tal-Ewropa sar-restawr taċ- Ċittadella f’Għawdex. Fondi li minnhom għadu qed jaħsad il-Gvern Laburista.
Issa jmiss lil Joseph Muscat li jinnegozja pakket ta’ fondi għal pajjiżna sabiex ikun jista jitkompla l-iżvilupp li beda’ l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern.
Joseph Mjuscat, li fl-2003 kien għal kollox kontra li Malta tibbenifika mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, se jkollu biċċa xogħol iebsa biex jipprova jtejjeb fuq il-pakket li kiseb l-ex Prim Ministru Malti Lawrence Gonzi…minkejja li fl-2013, l-Ewropa kienet maħkuma minn kriżi finanzjarja li effettwat il-blokk kollu.
New News tkellem ma’ David Stellini, kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Affarijiet Ewropej u Brexit, dwar in-negozjati li jrid jagħmel Joseph Muscat ghall-fondi l-godda tal-UE.
Il-pakkett prezenti ta’ fondi Ewropj jaghlaq fl-2020.
//= $special ?>