Futbol Sport

Giuseppe Marotta jinħatar Amministratur Delegat ta’ Inter

L-eks diriġent ta’ Juventus Giuseppe Marotta nħatar uffiċjalment bħala l-Amministratur Delegat ta’ Inter responsabbli miż-żona sportiva. Il-Kap Eżekuttiv Alessandro Antonello żamm il-kariga responsabbli miż-żona amministrattiva u ekonomika.

Il-President ta’ Inter Steven Zhang iddeskriva lil Marotta bħala wieħed mill-aqwa u saħaq li dan l-akkwist hu fil-linja tal-objettiv tagħhom li jsiru klabb ta’ suċċess.

Fl-ewwel kummenti tiegħu, Giuseppe Marotta rringrazzja lill-familja Zhang tal-opportunità li jibda esperjenza ġdida. Wara l-eliminazzjoni ta’ Inter miċ-Champions League, kien ovvju li Marotta jkun mistoqsi fuq il-futur tal-kowċ Luciano Spalletti. Hu qal li hu kowċ tajjeb u żied li Spalletti għandu bżonn jaħdem b’mod trankwill.

Id-debutt ta’ Marotta bħala diriġent ta’ Inter se jkun għada għall-partita Inter v Udinese li tintlagħab fis-6.00pm.