Miet ftit tal-ħin ilu Antonio Megalizzi, iż-żagħżugħ Taljan illi kien safa ferut fl-attakk terroristiku ta’ nhar it-Tlieta fi Strasburgu.
L-aħbar kienet konfermata mill-Gvern Taljan. Megalizzi kellu 28 sena.
B’hekk il-vittmi tal-isparatura ta’ Strasburgu issa telgħu għal 4, filwaqt li hemm oħrajn għadhom rikoverati l-isptar.
Il-Prim Ministru Conte qal li din hi aħbar li nikktet pajjiż sħiħ; nazzjon li jinsab magħqud f’dan il-mument ta’ dulur.
//= $special ?>