Statistika ġdida tal-Unjoni Ewropea tixgħel mill-ġdid bozza ħamra fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-familji Maltin, fuq il-flus f’idejn il-haddiema, u kemm hi s-saħħa tal-paga f’pajjiżna. Dan hekk kif il-Eurostat ipoġġi lil Malta fil-faxxa t’isfel tal-pajjiżi Ewropej f’dak li jirrigwardja l-infieq ras għal ras.
Jekk wieħed ikollu jiddeskrivi x’jifsru dawn iċ-ċifri, qed nitkellmu fuq realta’ li s-saħħa tal-flus f’pajjiżna hi ferm inqas minn dak li kapaċi jħallsu n-nies fil-Ġermanja, l-Olanda, il-Belġju, id-Danimarka, l-Awstrija u l-Ingilterra.
Il-familji u l-ħaddiema fl-Italja, Ċipru u l-Irlanda ukoll huma aħjar mill-Maltin f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa tal-pagi u x-xiri tagħhom. F’dan l-istudju, Malta tinsab f’pozizzjoni agħar mill-Portugall u r-Repubblika Ceka, filwaqt li anke l-Ispanjoli huma aħjar minnha bis-saħħa tal-pagi taghhom tissupera l-pagi f’pajjiżna.
Il-Eurostat jikkonferma illi bejn l-2015 u l-2017 (u allura fuq perijodu ta’ 3 snin) il-konsum ras għal ras tal-Maltin ukoll naqas.
Wiehed irid jirrimarka li din l-istatistika tħares biss lejn sal-2017 u allura ma tikkunsidrax id-daqqiet kbar li hadu l-haddiema Maltin biż-żieda fl-għoli tal-ħajja matul l-aħħar 12-il xahar – żidiet fost l-oħrajn fil-prezz tal-ħobż, tal-ħalib, ġobnijiet, u youghurts; apparti zidiet fil-prezz tal-fuels u tal-gass.
//= $special ?>