Lokali

Kontroll assolut f’idejn il-Gvern

Twissija iebsa mill-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija….magħrufa aħjar bħala l-Venice Commission lill-Gvern Malti.  L-istqarrija tgħid li s-saħħa tal-uffiċju tal-Prim Ministru tħalli awtoritajiet oħra kompletament bla saħħa.

Il-Kummissjoni tiddeskrivi lil-Ufficcju tal-Prim Ministru Malti bħala ċ-ċentru tal-poter assolut f’pajjiżna u bħala theddida għas-saltna tad-dritt.

Din hi l-aħħar minn sensiela ta’ kundanni li rċieva pajjiżna f’dak li jirrigwardja s-saltna tad-dritt.

L-istqarrija twissi dwar żbilanċ fil-poter f’Malta u tkompli tgħid li awtoritajiet bħall-President, il-Parlament, il-Kabinett, il-Qrati u l-Ombudsman ilkoll huma wisq dgħajfa bħala istutuzzjonijiet u sabiex joffru kontrolli adegwati biex jiżguraw governanza tajba fil-pajjiż.

Il-Venice Commission għandha l-għan li tgħin membri stati jżommu l-istituzzjonijiet legali tagħhom fil-livell mitlub mill-Unjoni Ewropea, u hija magħmula minn esperti tal-liġi kostituzzjonali.

Ir-rapport dwar Malta ġie wara talbiet separati mill-Kumitat għall materji legali u d-drittijiet tal-bniedem mill-Kunsill tal-Ewropa, u mill-Ministru għall-Ġustizzja Malti Owen Bonnici

Ir-rapport sħiħ mistenni jiġi ppubblikat il-ġimgħa d-dieħla iżda l-istqarrija qed titqies bħala kundann qawwija għal mod kif il-Gvern Malta ħatad f’idejh il-poter assolut f’pajjiżna.