Futbol Sport

Milan jingħataw is-sentenza mill-UEFA talli kisru r-regoli tal-Financial Fair Play

(Getty Images)

Il-Kamra tal-Arbitraġġ tal-UEFA responsabbli mill-Kontroll Finanzjarju tal-Klabbs taw sanzjoni lill-klabb Taljan Milan talli kisru l-Financial Fair Play fit-tliet snin bejn l-2014 u l-2017.

Id-deċizjoni kienet rikjesta mit-Tribunal Arbitrali tal-Isport ta’ Lausanne, li biex annullaw id-deċiżjoni preċedenti tal-UEFA li jissospendu lil Milan mill-kompetizzjonijiet Ewropej għal dan l-istaġun, riedu li d-deċiżjoni tittieħed minn dan il-kumitat apposta tal-UEFA.

L-ewwel miżura hi li Milan iridu jibbilanċjaw il-kotba finanzjarji sat-30 ta’ Ġunju tal-2021, u jekk ma jsirx dan ikunu sospiżi sena mill-kompetizzjonijiet tal-UEFA. Milan se jinżammulhom €12-il miljun mill-profitti tal-Europa League ta’ dan l-istaġun kif ukoll għaż-żewġ staġuni li jmiss, ir-Rossoneri jistgħu biss jirreġistraw 21 plejer fl-iskwadra minn 25 plejer.

Milan jistgħu jappellaw din id-deċiżjoni fit-Tribunal tal-Aribtraġġ tal-Isport.

Tags