Lokali

Mudell uniku tal-ajruport u ferm aktar

Id-Die Cast & Scale Model Society qed torganizza il-wirja annwali tagħha fl-Isptar Monte Carmeli f’Ħ’Attard.

‘Il fuq minn 30 kollezzjonist, kollha membri fi ħdan l-istess għaqda b’kollezzjonijiet varji, din il-wirja qed tipprezenta diversi tipi ta’ minajturi relatati mat-trasport. Karozzi klassiċi, moderni, sportivi, tal-kostruzzjoni, tal-merkanzija u saħansitra karozzi tal-pulizija minn madwar id-Dinja jinsabu esebiti f’din il-wirja.

Għall-ewwel darba f’wirja minn din l-għaqda, se jkun hemm esebit ukoll kollezzjoni ta’ diversi repliki awtentiċi bit-tema tar-rock band popolari ‘Beatles’.

Il-Wirja Annwali minn Die Cast & Scale Model Society hija bla dubju magħrufa għal numru ta’ attrazzjonijiet li ma ssibhom fl-ebda wirja oħra f’pajjiżna. Fost dawn insemmu mudelli awtentiċi tal-karozzi tal-linja li konna nsibu fil-gżejjer tagħna miżbugħa b’kuluri differenti u mgħammra sal-inqas dettall mibnija kompletament bl-idejn minn tlett dilettanti, mudelli ta’ vetturi tas-snajja li konna nsibu fl-irħula tagħna ukoll mibnija bl-idejn, relika preċiża tal-ajurport internazzjonali ta’ Malta kif ukoll l-unika mudell ta’ ċirklu f’Malta li huwa ferm sinonimu ma’ din il-wirja.

Il-wirja … li hi miftuha bla hlas…fethet fit-13 ta’ Diċembru u tkun miftuha bejn id-9am u t-8pm waqt li fis-16 ta’ Diċembru il-Wirja tiftaħ mid-9am sal-5pm.