Internazzjonali

Tmut l-attriċi Amerikana Sondra Locke

Tħabbret il-mewt, fl-Istati Uniti, tal-attriċi Sondra Locke, fl-età ta’ 74 sena.

Locke hi magħrufa fost oħrajn għar-relazzjoni twila li kellha mal-attur Clint Eastwood u li mieghu kienet ħadmet sitt films fosthom il-famużi Any Which Way But Lose, The Gauntlet u The Outlaw Josie Wales.

Sondra Locke kienet anki rebħet Oscar għall-ewwel film tagħha bl-isem The Heart is a Lonely Hunter, bir-rapporti jgħidu li hi mietet minn attakk tal-qalb relatat mal-marda tal-kanċer.