Internazzjonali Turiżmu

Turkish Airlines jirbħu l-premju tal-isbaħ uniformijiet ġodda 2018

Il-linja tal-ajru Turkish Airlines rebħet il-premju tal-isbaħ uniformijiet ġodda, premju mogħti waqt TheDesignAir Awards għas-sena 2018.

Fi stqarrija, il-linja tal-ajru Torka qalet li l-uniformijiet il-ġodda tal-crew tal-ajru ġabu magħom stil u eleganza li wasslu biex rebħu dan il-premju. Turkish Airlines qalet li f’dawn l-uniformijiet il-ġodda, iddisinjati mid-ditta Taljana Ettore Blotta, juru l-mentalità ta’ servizz kontinwu lill-passiġġiera u għalhekk ingħata l-isem ta’ ‘Flow’ lit-tema tal-uniformijiet.

F’din l-era l-ġdida li bdiet bit-tnedija tal-Ajurport ta’ Istanbul, Turkish Airlines se tkun qed iġġib l-esperjenza li toffri lill-passiġġiera għall-livell ġdid, fejn il-crew tal-ajru se jkomplu jimpressjonaw lil dawk kollha li jagħmlu użu mis-servizz tal-ajru tagħhom b’servizz ta’ kwalità, u issa bi stil u eleganza.