Lokali

Uħud mietu u oħrajn b’diżabbilità permanenti għax ma ħarġitilhomx Visa Medika – Ivan Grech Mintoff

Jiġi żvelati aktar provi fuq Neville Gafà.

Numru ta’ Libjani spiċċaw tilfu ħajjithom jew b’diżabbilità permanenti għax intalbu jħallsu l-flus lil Neville Gafà imma l-Visa Medika baqgħet ma ħarġitilhomx biex ikunu jistgħu jiġu għall-kura f’Malta. Huwa tkellem u wera ritratti wkoll ta’ feriti li nies li suppost irċivew il-kura wara li ħalsu l-flus.

Dan ħareġ waqt il-programm Exodus fuq l-istazzjon F Living fejn Ivan Grech Mintoff kompla jikxef il-fatti dwar dan l-iskandlu li fih hemm involut impjegat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja.

Gafà, li fil-konfront tiegħu hemm investigazzjoni tal-Ministeru tal-Intern, qed ikun akkużat ukoll li tela’ l-Libja biex jixtri lil-Libjani li suppost jiġu jixhdu kontrih f’każ dwar ħruġ ta’ Visas Mediċi lil eluf ta’ persuni, li fosthom aktarx hemm ukoll kriminali u terroristi.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ma jara xejn ħażin fiż-żjara ta’ Gafà fil-Libja.

Iżda minkejja dan, iktar kmieni din il-ġimgħa, waqt li l-Ministru Chris Fearne keċċa lil Gafà mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ma jara xejn ħażin fiż-żjara ta’ Gafà fil-Libja.

Anzi minkejja dawn l-allegazzjonijiet u l-ammissjoni ta’ Gafà stess li ltaqa’ ma’ mexxej ta’ milizzja Libjana li hu akkużat b’diversi atroċitajiet, il-Prim Ministru Joseph Muscat faħħar il-ħidma tiegħu.

Matul il-programm, Grech Mintoff tkellem ukoll dwar tifel li tilef id-dawl t’għajnejh, għax minflok inġieb hu f’Malta għall-kura, flusu flok marru għal prostituti Tuneżini.

Fid-dawl ta’ dan kollu, Grech Mintoff iddikjara li għall-korruzzjoni qiegħed ibati l-poplu Malti u Għawdxi wkoll … xi ħaġa li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ilu jsostni sa mindu ħa l-ħatra ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.

Dikjarazzjoni li hi ppruvata wkoll mill-fatti, hekk kif studju tal-Partit tal-Ħodor fl-Ewropa juri li kull sena pajjiżna qed jitlef €725 miljun minħabba l-korruzzjoni.

Fl-istess waqt li qed ikompli jiżvela iktar dettalji u provi dwar dan l-iskandlu, Ivan Grech Mintoff irċieva wkoll theddida serja u kredibbli dwar ħajtu.

Theddida li dwarha għamel rapport lill-Pulizija fejn jirrepeti dak li ntqal lilu: “Hemm theddida imminenti fuq ħajtek, biex itajruk u ma toħroġx iżjed affarijiet.”

Ikkummenta