Internazzjonali

Il-Portugall: Diversi midruba, inklużi tfal, waqt inċident bit-tram f’Lisbona

Madwar 30 persuna, inklużi tfal, indarbu, f’Lisbona, meta t-tram li kienu qed jivvjaġġaw bih tilef il-kontroll ma’ kurva u qabeż il-binarji, bir-riżultat li baqa’ dieħel ġo bini u nqaleb.

Il-parti kbira tal-midruba ttieħdu l-isptar wara l-inċident (fiz-zona ta’ Lapa fil-kapitali) iżda ħadd ma nstab li kien f’periklu li jitlef ħajtu.

Ir-reazzjoni mis-servizzi għall-emerġenza kienet immedjata, bil-kumpannija li kienet qed tħaddem it-tram fil-preżent qed tmexxi investigazzjoni ‘bir-reqqa’ bil-għan li tiddetermina l-kawża tal-inċident.