Internazzjonali

Ir-Renju Unit: Evakwati minn Chester Zoo fost in-nirien

Nirien kbar li qabdu f’taqsima ta’ Chester Zoo wasslu għall-evakwazzjoni tan-nies miz-zona, bl-iskwadri għall-emerġenzi jwieġbu minnufih biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

In-nirien qabdu fis-sezzjoni tal-Monsoon Forest u waqt li xi nies kienu trattati għad-dħaħen li belgħu ma kienx hemm rapporti ta’ xi midruba serji. Diversi speċi ta’ xadini u annimali oħra li kienu qed jinżammu fis-sezzjoni huma rappurtati bħala qawwijin u sħaħ, bl-istaff taz-zoo jagħmlu r-rendikont dovut.

Ingħad li n-nirien infurxu malajr ‘mix-xejn’, bil-fire-engines jaslu fl-inħawi taz-zoo b’urġenza. L-aħħar messaġġ mit-tmexxija taz-zoo kien li l-viżitaturi kienu ġew evakwati minn dik is-sezzjoni u li l-membri ta’ response team kienu qed jaħdmu spalla ma’ spalla mas-servizzi għall-emerġenzi biex jeliminaw il-periklu għan-nies u l-annimali.