Qorti fl-Istat Amerikan ta’ Texas iddikjarat parti integrali tal-Affordable Care Act (ACA) – magħrufa aħjar bħala Obamacare – bħala antikostituzzjonali.
L-Obamacare, li jieħu ismu mill-eks-President tal-Istati Uniti, Barack Obama, hu t-terminu informali għal liġi federali intiża biex ittejjeb l-aċċess għall-assikurazzjoni tas-saħħa għaċ-ċittadin Amerikan.
Intant, mal-20 Stat Amerikan argumentaw li l-liġi sħiħa kienet invalidata minn bidla fir-regoli tat-taxxa, matul is-sena li għaddiet, li eliminat il-penali għan-nies li mgħandhomx assikurazzjoni tas-saħħa.
Filwaqt li l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, qal li l-verdett tal-qorti ( f’Texas) kien ‘aħbar mill-aqwa għall-Amerikani’, il-proviżjonijiet tal-liġi se jibqgħu f’posthom sakemm jinstama’ appell fil-Qorti Suprema Amerikana.
Trump, mill-bidunett, kien wiegħed biex iwarrab il-liġi storika ta’Obama li kienet implimentata fl-2010 iżda l-ACA għadu qed jiffunzjona, minkejja li l-Partit Repubblikan tiegħu għandu l-maġġoranza fil-Kamra tar-Rappreżentanti u s-Senat.
Madankollu, il-Kungress, fl-2017, kien invalida l-ħtieġa – l-hekk-imsejjaħ ‘individual mandate’ – biex l-Amerikani jixtru l-assikurazzjoni tas-saħħa inkella jħallsu l-penali dovuta.
//= $special ?>

