Lokali

L-Istrina Cent Stunt

Is-Sibt Filgħodu kompliet dik li tissejjaħ l-Istrina Cent Stunt fejn malli jidħol il-Belt wieħed jista’ jilmaħ l-ittri li jiffurmaw il-kelma L-ISTRINA li tingħaqad billi wieħed ipoġġi fuqhom donazzjoni ta’ 2 ewro.

Attendiet ukoll għal din l-attivita’ l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fejn iltaqghet ma’ dawk preżenti u għamlet appell lill-Maltin u l-Għawdxin sabiex ikunu ġenerużi u jagħtu d-donazzijiet tagħħom.

Din l-attivita’ ser tibqa’ għaddejja sal-Ħadd filgħaxija waqt li wieħed ser ikun jista’ jsegwi wkoll spettaklu quddiem il-Parlament ta’ Malta u wkoll jixtri xi xarba sħuna jew xi ikel marbut mal-Milied.