Għall-10 sena konsekuttiva, matul il-ġurnata tas-Sibt il-Malta Police Target Shooting Club organizza maratona tal-isparar, bil-qligħ kollu jmur għall-Istrina.
Dawk li attendew ingħataw iċ-ċans li jidħlu ġewwa s-shooting range f’Ta’ Kandja, fejn ingħataw arma tan-nar u flimkien ma’ numru ta’ pulizija li kienu qed jassistu kull individwu, setgħu jisparaw għall-mira li kellhom.
Net News tkellem mal-Ispettur Renie Stivala li spejgalna iktar fid-dettal dwar din l-attività.
Dawk li attendew setgħu jassistu għad-diversi sessjonijiet ta’ sparat li saru. Wieħed seta’ wkoll jixtri diversi oġġetti li kien hemm għall-bejgħ bil-qligħ kollu jmur għall-Istrina.
Dawk li attendew intalbu li jgħatu donazzjoni ta’ €10, bil-flus kollha li nġabru se jingħataw fl-Istrina, propju l-għada tal-Milied.
Ritratti: Matthew Tabone
//= $special ?>