Quddiem il-Parlament għaddejja attività oħra marbuta mal-Istrina, bl-isem ta’ l-Istrina Cent Stunt.
Malli jidħol il-Belt wieħed jista’ jilmaħ l-ittri li jiffurmaw il-kelma L-ISTRINA li tingħaqad billi wieħed ipoġġi fuqhom donazzjoni ta’ 2 ewro.
Din l-attivita’ ser tibqa’ għaddejja sal-Ħadd filgħaxija waqt li wieħed ser ikun jista’ jsegwi wkoll spettaklu quddiem il-Parlament ta’ Malta u wkoll jixtri xi xarba sħuna jew xi ikel marbut mal-Milied.
//= $special ?>

