Lokali

Santa Klaws tal-ħelu għal żmien il-Milied

Ħafna jgħaddu minn quddiem diversi vetrini ta’ ħwienet tal-ħelu mimlijin b’tiżjin u ħelu tal-Milied, iżda ftit qed jindunaw li xi ħaġa unika li hemm f’vetrina partikolari ta’ ħanut mhix biss dekorazzjoni imma hi magħmula mill-ħelu.

Ħidma li damet sejra għal xhur sħaħ biex fl-aħħar mill-aħħar, Noel Borg, dulċier ewlieni f’pajjiżna u sid tal-ħanut tal-ħelu ta’ Mannarinu ġietu idea biex jgħati dehra speċjali lill-ħanut f’dawn iż-żminijiet tas-sena.

Biex saret din l-iskultura unika ta’ Santa Klaws, b’daqs ta’ persuna, kien hemm bżonn ukoll ħin twil ta’ ħsieb u ppjanar qabel jibda jinbena … ħidma li b’kollox ħadet madwar 80 siegħa.

L-iskultura tikkonsisti fi struttura tal-ġablo, filwaqt li fuq barra nksiet bis-sugar paste. Wara li għatta l-istruttura bih, ingħata l-kulur bi spray għal tal-apposta.

Iżda fiexx tikkonsisti l-iskultura ta’ Santa Klaws?

Noel jispjegalna li huma biss ftit min-nies li jgħaddu minn quddiem il-ħanut jew jidħlu ġewwa, li qed jemmnu li l-iskultura hi tal-ħelu.

L-iskultura ta’ Santa Klaws tinsab esebita fil-vetrina tal-ħanut ta’ Mannarino fil-Ħamrun fejn wieħed jista’ jitpaxxa biha.

Ritratti: Matthew Tabone